clear  
clear
  

home
profile
initiatives
news
constituency
activities
photo gallery
helpers
contact
links
downloads
 

 

 

 

 

 

 



Dr. Tonio Borg - Profil

 

Dr Tonio Borg twieled il-Furjana fit-12 ta’ Mejju 1957. Huwa ha l-edukazzjoni tieghu fil-Kullegg ta’ San Alwigi, Birkirkara u fl-Università ta’ Malta minn fejn ha d-Dottorat fil-Ligi fl-1979.

Bhala avukat fil-prattika privata, Dr Borg specjalizza fil-kazi dwar il-Jeddijiet Fundamentali tal-Bniedem. Dr Borg huwa wkoll lecturer tal-Ligi Pubblika fl-Università ta’ Malta.

Dr Borg beda l-attività politika tieghu minn età zghira u kien membru tal-Moviment Zghazagh tal-Partit Nazzjoanlista u membru ta’ l-Ezekuttiv taz-Zghazagh Demokristjani Ewropej (1983-1985). Bejn l-1988-1995 Dr Borg kien President tal-Kunsill Generali tal-Partit Nazzjonalista.

Bejn l-1987 u l-1992, Dr Borg kien mahtur bhala membru tal-Kumitat Ewropew tal-Prevenzjoni tat-Tortura u Trattament Inuman jew Degradanti. Meta kien f’din il-kariga, Dr Borg kien jifforma parti minn delegazzjonijiet tal-Kunsill ta’ l-Ewropa li zaret habsijiet fl-Isvezja, l-Italja, il-Grecja, ir-Renju Unit, u l-Bulgarija.

Dr Borg kien elett ghall-ewwel darba fil-Parlament fl-1992 u rega’ kien elett fl-1996 u anke fl-1998, f’isem il-Partit Nazzjonalista.

Bejn l-1992 u l-1995 huwa kien membru tad-Delegazzjoni Parlamentari Maltija ghall-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill ta’ l-Ewropa u kien membru wkoll tal-Kumitat Parlamentari Kongunt tal-Parlament Ewropew u tal-Kamra tar-Rapprezentanti bejn l-1992-1995 u l-1996-1998.

Dr Borg kien Ministru ta’ l-Intern bejn is-17 t’April 1995 u t-28 t’Ottubru 1996 u kien kelliem tal-PN ghall-Intern bejn Ottubru ta’ l-1996 u Settembru 1998.

Wara r-rebha elettorali tal-PN fl-elezzjonijiet generali ta’ l-1998, Dr Borg rega’ gie mahtur Ministru ta’ l-Intern fit-8 ta’ Settembru 1998.

Dr Tonio Borg gie mahtur bhala Ministru tal-Gustizzja u l-Intern mill-Prim Ministru Eddie Fenech Adami wara li l-Partit Nazzjonalista kiseb rebha fl-Elezzjoni Generali tat-12 ta' April 2003.

F’Marzu 2004 Tonio Borg ikkontesta b’success l-elezzjoni ghal Vici Kap tal-Partit Nazzjonalista. Huwa nhatar bhala Vici Prim Ministru u ikkonfermat bhala Ministru tal-Gustizzja u l-Intern fil-Kabinett tal-Prim Ministru Dr Lawrence Gonzi. Huwa inhatar ukoll Leader of the House b’responsabilta ghall-affarijiet parlamentary.

Dr Borg huwa mizzewweg lil Adele neè Galea u ghandhom tlett itfal, Daniela, Mark u Adriana.

[Please click here for English version]



   

 
Copyright (C) 2003-7 Dr. Tonio Borg LL.D., M.P. - All rights reserved.