clear  
clear
  
home
profile
initiatives
news
constituency
activities
photo gallery
helpers
contact
links
downloads

 

 

 

 

 

 

 

 

 

iva, flimkien kollox possibbli

Għeżież ħbieb,

Erba’ snin ilu ġejt maħtur Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista u Viċi Prim Ministru u ħmistax –il sena ilu ġejt elett l-ewwel darba bħala deputat. Qattajt aktar minn għaxar snin bħala Ministru tal-Intern u għal dawn l-aħħar erba snin responsabbli għall-Ġustizzja ukoll.

Matul is-snin li ili fil-politika ppruvajt inkun ta’ servizz. Dan għamiltu kemm bħala Ministru tal-Gvern kif ukoll fuq bażi individwali bħala rappreżentant elett mill-poplu.

Meta nħares lura nħoss sodisfazzjon li kelli sehem sħiħ fil-ġlieda kontra l-kriminalita’. Inħossu unur għalija li bit-twaqqif tat-Taqsima kontra d-droga, bit-twaqqif tas-servizz ta’ Sigurta seta’ jkollna suċċessi  rekord ta’ qabdiet ta’ droga.

Illum is-surveys kollha juru kemm il-poplu Malta hu sodisfatt bil-performance tal-pulizija. Dan il-Gvern qatt ma ixxaħħaħ mal-pulizija. Investejna bil-kbir. Jekk wieħed iżur il-Kwartieri tal-Pulizija fil-Furjana jara trasformazzjoni sħiħa kullimkien. Il-pulizija illum qed jaħdmu f’ambjent ferm aħjar, u b’tagħmir ġdid sofistikat. Dan kollu qed iħalli r-riżultati li aħna kburin bihom.

Fl-aħħar erba’ snin, li matulhom kont reponsabbli ukoll mill-Ġustizzja u l-Gvern Lokali saret ħidma kontinwa biex intejjbu s-servizzi li jingħataw lill-poplu. Wieħed isemmi l-ftuħ tal-Qorti tal-Familja, li kien pass lejn aktar umanita’ f’dak li għandu x’jaqsam ma’ problemi familjari sensittivi. Varajna emendi importanti għall-Kodiċi Ċivili favur il-miżżewgin fil-ligi tal-wirt fosthom iktar liberta’ sabiex iħallu il-proprjeta’ tagħhom lil xulxin. Tneħħew ukoll id-diskriminazzjonijiet kontra tfal mwielda barra ż-żwieġ meta jsir testment.

Matul l-aħħar snin ittieħdu ukoll għadd ta’ inizzjattivi biex niżguraw li ċ-ċittadin jingħata servizz dejjem iktar effiċjenti permezz tat-teknoliġija ta’ l-informatika. Fosthom kien hemm l-introduzzjoni ta’ rappurtar lill-pulizija online u l-ħlas, b’mod elettroniku, ta’ kirjiet ta’ propreta’ tal-Gvern u ħruġ  ta’ ċertifikati u passaporti.

Il-Kunsilli Lokali ingħataw iktar devoluzzjonijiet ta’ proprjeta tal-Gvern lill-numru ta’ Kunsilli. Ġiet emendate il-liġi biex ħidmet il-Kunsilli timxi dejjem maż-żmienijiet iktar u iktar issa li Malta issieħbet fl-Unjoni Ewropea u l-Kunsilli jistgħu jikbsu fondi għal proġetti fil-lokalitajiet tagħhom li minnhom igawdu r-residenti kollha. Diġa kien hemm numru ta’ Kunsilli li b’għaqal irnexxielhom jiksbu fondi għal għadd ta’ proġetti.

Pajjiżna għaddej minn żmien ta’ tiġdid, żmien li matulu ħejjejna l-pedamenti għall-futur tagħna fl-Ewropa u biex inġibu l’Malta fuq livelli Ewropej. Kulħadd jista’ jara b’għajnejh il-progress li sar f’dawn l-aħħar snin fl-infrastruttura tal-pajjiż. Dan għax aħna nemmnu li l-poplu Malti għax jixraqlu l-aħjar. Issa li rnexxielna nilħqu l-miri tagħna dwar id-deficit, irridu nagħtu inċentivi liċ-ċittadin biex ikompli jtejjeb il-livell ta’ għixien. Qed naħdmu biex negħlbu l-isfidi li għandna quddiemna. Persważ li l-futur ser jagħti raġun lil Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista li dejjem ħadem fl-interess tal-pajjiż.

Ix-xogħol tiegħi fil-Gvern ma żammnix ‘il bogħod milli nagħti servizz fil-kostitwenza. Biebi dejjem kien miftuħ għal min talab l-għajnuna u hekk se jibqa. Kull min jafni jaf li ma nħobbx nagħmel wegħdi fiergħa, u meta kont ta’ servizz lil xi ħadd dan għamiltu għax kont konvint li għandu raġun u ħaqqu jikseb dak li talab.

Fix-xhur li ġejjin irridu nibdew ir-rankatura li twassalna għall-elezzjoni. Fadal żmien, żmien li matulu l-poplu Malti jrid igawdi mill-ħidma li wettaq il-Gvern. Imma biex niżguraw rebħa oħra fl-elezzjoni li ġejja irridu nibdew naħdmu minn issa. Ministri, membri tal-Parlament, kunsilliera u partitarji – kulħadd.

Kif tafu jien matul dawn is-snin qatt ma waqaft miż-żjajjar tiegħi fid-djar. Iltqajt magħkom fi djarkom, fil-każini u kull fejn kien hemm xi okkażżjoni soċjali marbutin mar-raħal, festi etċ.. Dejjem ippruvajt inżomm dan il-kuntatt li lili jgħinni nieħu deċiżjonijiet ; u aħjar għax magħkom inkun tkellimt fuq affarijiet li findment meta jsiru jolqtu lilkom.

B’dan ix-xogħol tiegħi pruvajt li qatt ma nwiegħed l-impossibli u li dejjem nipprova nkun ta’ servizz speċjalment għal dawk fil-bżonn.

Fi żmien li ġej ser noqorbu aktar lejn elezzjoni importanti. Bil-vot tagħna irridu nagħżlu dak il-partit li għandu idejat ċari. Irridu nassiguraw li issa li qegħdin fl-Unjoni Ewropeja nieħdu dak kollu li hu tajjeb u ta’ ġid għalina. L-għażla hi bejn partit li taf fejn ried jasal u wasal u taf issa x’għandu f’moħħu għal li ġej u partit ieħor li kull ma’ qed jgħid hu tellgħuna imbagħad ngħidulkom x’għandna lest għalikom.

L-għażla f’idejk. Jien flimkien ma sħabi qiegħed hawn. Miegħi taf fejn int żgur, lili tafni u għax inħoss li għal darb’oħra qdejt dmiri, għandi l-kuraġġ nitlob il-vot tiegħek għal darb’oħra.

Nirringrazzjakom u inselli għalikom.


TONIO BORG

 


flimkien insahhu t-tmexxija

 




   

 
Copyright (C) 2003-7 Dr. Tonio Borg LL.D., M.P. - All rights reserved.