clear  
clear
  
home
profile
initiatives
news
interviews
constituency
activities
photo gallery
helpers
contact
links
downloads
media

 

 

 

 

 

 

 

 

Tonio Borg ser jikkontesta ghall-kariga ta'
Vici Kap tal-Partit Nazzjonalista

Tonio Borg, Ministru tal-Gustizzja u l-Intern, ser ikun wiehed mill-kontestanti ghall-hatra ta' Vici Kap tal-Partit Nazzjonalista. Dan habbru dal-ghodu l-istess Tonio Borg waqt konferenza ta' l-ahbarijiet fil-kazin tal-PN f'Birkirkara.

Tonio Borg qal li ddecieda li jikkontesta ghall-kariga ghax jahseb li jista' jghin biex il-Partit Nazzjonalista jkompli jiggedded fid-dawl ta' l-opportunitajiet godda li ser toffri s-shubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.

Huwa sahaq li t-tmexxija l-gdida tal-Partit Nazzjonalista trid tkompli tibni fuq dak li b'tant hila wettaq Eddie Fenech Adami f'dawn l-ahhar 27 sena. Tul dawn is-snin Eddie Fenech Adami ma biddilx biss il-partit, izda biddel lil Malta f'pajjiz modern li fi ftit gimghat ohra ser jaghmel pass importanti fl-istorja politika tieghu u jissieheb fl-Unjoni Ewropea.

Tonio Borg sahaq fuq l-importanza li l-Partit Nazzjonalista jkompli jigbed lejh il-firxiet kollha tas-socjeta Maltija. Dan hu li jaghmel il-Partit Nazzjonalista partit kbir. Huwa fakkar li l-Partit Nazzjonalista dejjem kellu mexxejja kbar : Sir Ugo Mifsud, Nerik Mizzi, Gorg Borg Olivier u Eddie Fenech Adami, li zgur li ser jibqghu mfakkara fl-istorja ta' pajjizna. Is-sahha tal-Partit Nazzjonalista, sostna Tonio Borg, tigi mill-fatt li huwa partit miftuh u efficjenti, partit li jaghti opportunitajiet lil kull min hu kapaci u lil kull min irid jaghti sehmu.

Xhieda konkreta ta' kemm il-Partit Nazzjonalista jemmen dan, kien il-holqien, minn Gvern Nazzjonalista, tal-Kunsilli Lokali. Gvern Nazzjonalista jemmen fil-hiliet tas-socjeta Maltija, jemmen fil-kapacitajiet ta' residenti li jahdmu ghall-gid tal-lokalita taghhom. U z-zmien ta ragun lill-Gvern Nazzjonalista, ghax illum il-Kunsilli Lokali m'ghadhomx esperiment izda huma realta li tnaqqxet fl-oghla ligi tal-pajjiz, il-Kostituzzjoni.

Il-Partit Nazzjonalista ghandu fiducja fil-poplu Malti u huwa konvint li dan il-poplu kapaci jahtaf l-opportunitajiet li ser iggib maghha shubija fl-Unjoni Ewropea. Fi ftit iktar minn xahrejn ohra, grazzi ghall-vizjoni ta' Eddie Fenech Adami u l-Partit Nazzjonalista, Malta ser tissieheb ma' forza politika u ekonomika kbira li zgur ser tghin biex naghmlu pass iehor importanti fl-istorja tieghha. Mill-1 ta' Mejju li gej Malta ser tkun fuq il-mejda fejn jigi mfassal il-futur, u pajjizna ser jikkontribwixxi fit-tfassil ta‘ dan il-futur.

Tonio Borg ghalaq billi wieghed l-impenn totali tieghu, biex flimkien mal-kap il-gdid, Lawrence Gonzi, mal-Ministri, mal-Grupp Parlamentari, ma' l-ufficcjali, mal-kunsilliera u mal-ferghat kollha tal-Partit Nazzjonalista, jigu zgurati iktar successi ghall-partit. Dan ghandna naghmluh bhala dmir lejn Eddie Fenech Adami. Dan ghandna naghmluh bhala dover lejn uliedna, temm jghid il-Ministru Tonio Borg.

   

 
Copyright (C) 2003-4 Dr. Tonio Borg LL.D., M.P. - All rights reserved.