clear  
clear
  
home
profile
initiatives
news
interviews
constituency
activities
photo gallery
helpers
contact
links
downloads
media

 

 

 

 

 

 

 



Biex iz-zmien tad-deheb ikompli

 

Aghtu titwila lejn l-istorja tal-Partit Nazzjonalista; dan hu z-zmien tad-deheb tieghu. Tmur kemm tmur lura fiz-zmien qatt ma kien daqshekk popolari u b`sahhtu il-Partit fost l-eletturi daqs illum; din hi xi haga ta` min jiftahar biha; izda fl-istess hin ta` min iharisha, ghaliex jekk ma nkunux ghaqlin, kif qal Joe Saliba is-Segretarju Generali fl-ahhar Kunsill Generali, jista` jkollna iz-zerriegha ta` falliment fis-success innifsu.

Il-Partit kien fil-Gvern f`dawn l-ahhar 80 sena f`seba` perjodi taht erba` mexxejja differenti; bejn il-1921-27 il-Partit iggverna lill-pajjizna izda ma kien qatt partit ta` maggoranza assoluta, maghmul minn koalizzjoni ta` partiti ispirati minn nazzjonalizmu (UPM u PDN) u kurrenti differenti wara il-fuzjoni fl-1926; dan kien zmien il-Monsinjur Ignazio Panzavecchia izda fuq kollox tal-kap karizmatiku u moderat nazzjonalista Sir Ugo Mifsud (1890-1942). Konna fil-Gvern ukoll bejn Gunju 1932-Novembru 1933 (sena u hames xhur) sakemm il-Gvern Ingliz irtira il-Kostituzzjoni tal-1921 u kecca `il barra il-ministri nazzjonalisti fi speci ta` kolp ta` stat Kostituzzjonali. Mill-1933 il-PN kellu jistenna 17-il sena sabiex jerga` jiehu r-riedni tal-Gvern f`idejh (1950-55) meta fl-1950 il-gustizzja storika riedet li Nerik Mizzi, sa hames snin qabel eziljat mill-Inglizi fl-Uganda, lahaq Prim Ministru ta` Gvern ta` minoranza izda ta` maggoranza relattiva. Peress li Nerik Mizzi miet tliet xhur wara, f`Dicembru 1950 lahaq bhala kap tal-partit u Prim Ministru Gorg Borg Olivier Prim Ministru li kellu l-meritu il-kbir li b`diplomazija u hazen politiku zamm il-partit fil-Gvern izda dana seta `jaghmlu biss bis-sahha ta` koalizzjonijiet fragili ma` Boffa; izda zamm fil-wicc sa Frar 1955.

Seba` snin wara beda r-raba` perjodu (1962-71) fejn Borg Olivier, did-darba minghajr htiega ta’ koalizzjoni, mexxa Gvern Nazzjonalista ghal disa` snin u erba` xhur izda qatt b`maggoranza assoluta tal-voti. Is-sittax-il sena fl-opposizzjoni sahhew il-Partit; veru li ghaddejna minn tbatija kbira izda kienu senjalati b`bidla fit-tmexxija f`April 1977 li gabet energija gdida fil-partit, ftuh lejn persuni li kienu ihossuhom aljenati mill-PN. Dan kien mertu kbir ta` Eddie Fenech Adami li amalgama l-ahjar tal-PN ma’ l-ahjar tat-tradizzjoni tal-laburizmu moderat nisrani u boffista u hakem l-ispazji tac-centru u ghadu jiddominahom sal-lum

Ftakru ftit, kien biss taht Eddie Fenech Adami li l-Partit Nazzjonalista kiseb maggoranza assoluta tal-voti ghall-ewwel darba f`sittin sena fl-1981; zamm dik il-maggoranza fl-1987 u 1992; rega` akkwistaha fil-1998 u 2003; bhala perjodu fil-Gvern il-PN ghamel disa` snin u hames xhur (1987-1996), se jaghlaq ghaxar snin ohra fi tmiem ta` din il-legislatura (1998-2008), perjodu ta` 21 sena neqsin 22 xahar meta nergghu immorru biex nivvotaw fil-2008.

Ghal xiex kien dovut dan is-success? X`ifisser ghall-partit illum u ghada? Lil fejn ghandu jidderigi ruhu il-partit? X`inhu il-futur tieghu?

Ma hemmx dubju li s-sahha wara dan is-success kienet id-dedikazzjoni assoluta ta` Eddie Fenech Adami u d-direzzjoni li ta lill-partit bhala wiehed li jinkludi lil kuhadd u ghalhekk popolari fl-gheruq u direzzjoni. Dan, flimkien ma` shabu, irnexxielu jaghmlu b`zewg metodi : billi ta direzzjoni centrista lill-partit, cioe kien konservattiv fil-valuri tajba tas-socjeta` Maltija li jaghmluha proprju dik Maltija, izda holoq kuxjenza socjali gdida ghall-PN, partit ta` bidla bla skossi u suq hieles f`parametri mhux bla limiti. It-tieni, ta ghan, skop storiku lill-partit u lill-pajjiz li kien maqsum f`zewg partijiet; il-kisba tal-liberta`politika u ekonomika fl-1987, u l-ghan ahhari ta` shubija f`Ewropa gdida li qed tinbena. In-nies ihobbu jimxu wara mexxej li jaf fejn hu sejjer u ghandu pjan, iktar milli holm hieles minn kull pjan konkret.

Izda issa ghal fejn sejrin? Ma hemmx dubju illi sa Mejju 2004, irridu nahdmu sabiex malli nidhlu fl-Unjoni, l-iskossi jkunu mill-inqas possibbli; irridu nidraw sistemi godda, ligijiet godda, attitudini gdida. U rridu nahsbu ghall-isfidi tal-futur;

L-ewwel sfida hija li nilhqu l-aspirazzijonijiet tal-poplu taghna li ghandu aspetattivi qawwija, irridu nippreparawh, izda rridu nahdmu ahna lkoll sabiex nivvintaw dejjem idejat u progetti godda li ma jhalluna nintelqu qatt.

Irridu nilqghu ghat-tieni sfida,li nkunu partit nisrani izda modern, li nixorbu mill-ghejjun u nkunu marbuta ma’ l-gheruq taghna minghajr ma nkunu maghluqin ghall-izviluppi u tibdil ta` madwarna. Irridu nkunu tal-principju izda li ma nhallu lil hadd barra, li ma ninghalqux fina nfusna u nahsbu li ghandna s-soluzzjoiniet ta` kollox u fil-process insiru irrilevanti ghad-dinja ta` madwarna; jew aghar minn hekk li nghixu realta` differenti minn dik ta` madwarna

It-tielet sfida hija li nzewqu il-qadim mal-gdid, l-ghaqal u esperjenza tal-veterani mal-herqa, entuzjazmu u hegga ta` generazzjoni gdida. Hemm il-generazzjoni msawra fil-forga ta` 16-il sena ta` Oppozizzjoni, u mibnija fuq esperjenza ta` snin fil-gvern u generazzjoni ohra li tiftakar biss lill-Partit Nazzjonalista fil-Gvern ghajr ghal 22 xahar; tahlita tajba li bil-ghaqal tista` ggedded il-Partit, u taghtih hajja gdida anki f` dan iz-zmien tad-deheb fl-istorja tieghu.

 

TONIO BORG


   

 
Copyright (C) 2003-4 Dr. Tonio Borg LL.D., M.P. - All rights reserved.