
Ghaliex din l-ghagha kollha dwar
il-Qorti tal-Familja. Meta jiena u siehbi Carm. Mifsud
Bonnici hadna f’idejna
il-qasam tal-Gustizzja, sibna hafna xoghol lest fuq din il-Qorti,
grazzi ghall-hidma ta’ Austin Gatt . Konna ilna nisimghu
li ghandha ssir il-Qorti tal-Familja, anzi ta’ l-Oppozizzjoni
kienu jikkritikawna u jinbxuna li konna qed ingibuha bit-tul
wisq. Issa ghax ghamilniha, qed ighidu li ghaggilna!
Nghid il-verita’ skandalizzajt ruhi bl-attitudini
ta’ l-Oppozizzjoni – irrid nghid mhux ta’ kulhadd.
M’humiex hafna l-okkazjonijiet fejn insib ruhi f’pozizzjoni
li naqbel ma’ l-Onorevoli Josef Cuschieri. Izda meta
f’Novembru li ghadda ghamel diskors fl-Aggornament
dwar l-importanza tal-familja, kemm irridu niehdu hsiebha
fil-fatti; u ma nwahhlux f’xulxin dwar it-tifrik li
hawn f’dal-qasam, ma stajtx naqbel mieghu iktar.
Ir-risposta tal-Gvern hi l-medjazzjoni
minn nies li jifhmu meta z-zwieg jibda jikkrolla. Mhux
biex naghmluha iktar difficli li tissepara, izda sabiex
naghtu sens u dinjita’ f’dan
il-qasam tant importanti. Kif qal tajjeb fil-programm Bondi
Plus ta’ xi granet ilu siehbi Carm, jekk meta wiehed
jizzewweg dan tant jaghmlu bi preparazzjoni u formalita’,
hekk ukoll is-separazzjoni fiz-zwieg m’ghandhiex titqies
b’mod legger.
Iva htarna medjaturi. Saqsewna
dawn jekk kenux se jkunu b’xejn? Iva se jkunu b’xejn! Htarnihom sabiex
kull min jiddeciedi li jissepara irid ighaddi minn dal-process.
Dawn li suppost huma favur il-familja, qalulna, imma anki
jekk koppja ilha separata “de facto” ghandhom
ighaddu mill-medjazzjoni? – qisna se ngeghluhom ighaddu
mill-abissi ta’ l-infern! Ghidna IVA, ghax il-medjazzjoni
isservi wkoll sabiex jekk se jisseparaw, ghall-inqas jisseparaw
permezz ta’ kuntratt mhux bil-ghagha u l-istorbju ta’ kawza
tal-Qorti. L-istess nies – donnhom imbezzghin li dak
li wieghed il-Gvern kien se jitwettqu, qabzu fuqna u qalulna: “jekk
diga ftehmu fuq abbozz ta’ kuntratt, hemm bzonn ta’ medjazzjoni?” U
t-twegiba hija : IVA, biex wiehed jara jekk l-interessi tat-tfal
gewx imharsa jew le! Jekk hemm xi haga ‘stramba’ rigward
tfal jew manteniment fil-kuntratt tas-separazzjoni li jkun
mhux rizultat ta’ ftehim genwin, izda ta’ pressjoni
mhux xierqa din taqa taht l-gharbiel tal-medjatur jew ta`
l-avukat tat-tfal li se jinhatru ghal dan l-iskop.
U ta’ dan kollu qalulna li ahna arroganti. Jekk din
hi arroganza, j’Alla inkunu arroganti kuljum.
Donnu dan ma kienx bizzejjed,
qabdu mal-medjaturi. Wiehed min dawk li jikteb fl-“Orizzont” lanqas staha
jikteb li l-medjazzjoni “se tiehu x-xoghol minn ghand
l-Avukati”!! Qisu il-process gudizzjarju tas-separazzjoni
qieghed hemm esklussivament ghall-interessi ta’ l-Avukati!!
Tant ma setghu jghidu xejn, izda
ghax Oppozizzjoni iridu jopponu, li tkazaw ghax il-medjaturi
se jigu appuntati mill-Ministru tal-Gustizzja. Issa din
ahjar. Jezisti artikolu tal-ligi li jaghti dritt lill-Ministru
li jahtar lista ta’ esperti
ghall-kawzi tal-Qorti. Jiena dan l-artiklu uzajtu biex nahtru
medjaturi “part time”! Jekk ikollna bzonnhom “full
time” jinhargu avvizi bil-procedura skond il-Kostituzzjoni.
Peress li l-munizzjon kontra
il-Qorti tal-Familja spicca, allura hrigna bil-kanun ta’ l-ahhar. Li r-regolamenti
dwar il-Qorti tal-Familja hargu b’avviz legali u mhux
b’att tal-Parlament. Xi tragedja ghall-mizzewgin!!
X’dizastru ghad-demokrazija! Issa s-sabiha hi, li meta
il-Gvern fl-2002, ipprovda ghal Qorti tal-Familja b’att
tal-Parlament, ipprovda wkoll li r-regoli taghha jsiru skond
l-Avviz Legali; u l-Oppozizzjoni ivvotat FAVUR!
Naghlaq bi kwotazzjoni minn filosfu maghruf Taljan li hames
mitt sena ilu qal:
“Min jipproponi xi haga
gdida jaghmel ghedewwa minn dawk kollha li kienu jmorru
tajjeb taht l-ordni il-qadim; u jircievi sostenn fjakk
u biered minn dawk li jaqblilhom jekk jinbidlu l- affarijiet!”
(Machiavelli – Il-Princep)
Kemm kellu ragun! izda dak li nhossu li hu tajjeb, se nwettquh
u niddefenduh bil-qawwa kollha!!
24.12.03

TONIO BORG