Birkirkara
huwa l-aktar centru li fih joqghodu nies f’Malta
u ilu hekk minn miz-Zminijiet tan-Nofs – il-Medju
Evu. Birkirkara kienet wahda mit-tnax –il parocca
medjevali originali fl-1436.
Il-parrocca
kompliet tistghana u tikber sakem inqasment f’hafna
parrocci izghar. Illum il-Knisja parrokkjali ta’
Sant’Elena hija maghrufa bhala l-Bazilika Kolleggjata
Arci Matrici, li tfisser li hija l-‘omm’ tal-parocci
l-ohra kollha tal-vicin.
Birkirkara
tal-lum hija moderna, ghalkemm il-belt zammet il-qalba
tradizzjonali taghha ikkaratterizata bl-isqaqien,
toroq dojoq u djar tipici ta’ l-irhula z-zghar.
Uhud mid-djar il-kbar li nsibu kienu jintuzaw bhala
kwartieri ghall-kazini tal-banda jew ghall-partiti
politici.
Il-parti
l-gdida ta’ Birkirkara hija mifruda mill-parti l-Qadima
permezz ta’ gnien zghir. Hawnhekk wiehed jista’
jara wiehed mill-istazzjonijiet il-qodma tal-Ferrovija
li kien jghaddi mir-Rabat sal-Belt.
Minbarra
l-Knejjes, l-eqdem bini fil-Blet huma l-imtiehen.
Wahda hija residenza privata u l-ohra, li tinsab
fil-qalba tal-Belt, hija gallerija ta’ l-arti. Maghrufa
lokalment bhala ‘Ta’ Ganu’, hija tilqa’ fiha wirjiet
minn artisti Maltin u barranin.