clear  
clear
  

home
profile
initiatives
news
constituency
activities
photo gallery
helpers
contact
links
downloads
 

 

 

 

 

 

 



Constituency

 

district 8 district 7 district 7 district 7
district 8
district 7
district 7


ATTARD
   

 

TOTAL POPULATION
9,149

VOTING POPULATION
6,573

PERCENTAGE
72%

 
Dan hu rahal zghir fic-centru ta’ Malta li ghandu storja helwa hafna li tmur lura fiz-zminijiet ta’ wara l-Assedju l-Kbir ta’ l-1565. Ir-rahal hu maghruf ghal gonna sbieh kif jixhed il-motto tieghu “iffjurit bil-ward imfewwah”.

Dwar l-orgini ta’ l-isem hemm diversi teoriji izda l-ktar wahda plawsibbli hija li gej minn kunjom ta’ familja li kienet toqghod qrib ir-rahal.

F’dan ir-rahal insibu zewg kappelli zghar. L-ewwel kappella hi dedikata lil Santu Rokku, mibnija b’weghda tal-helsien mill-pesta ta’ l-1675/76. It-tieni kappella hija ddedikata lil San Pawl u nbniet fl-1729.

Il-Gran Mastru Antoine de Paule (1623-1636) bena l-palazz ta’ Sant Anton ghal habta ta’ l-1620. Fil-gnien tal-Palazz inzerghu bosta sigar tac-citru u sigar ohra. Il-Palazz tkabbar mill-Gran Mastru De Vilhena. Dan il-post baqa’ jintuza anke taht il-hakma Ingliza bhala residenza ufficjali u llum jintuza mill-President ta’ Malta ghall-istess skop.

     
DINGLI
   

 

TOTAL POPULATION
3,391

VOTING POPULATION
2,343

PERCENTAGE
69%

 
X’aktarx li l-isem ta’ dan ir-rahal gej minn kunjom ta’ Kavallier Ingliz, Sir Thomas Dingley li kien joqghod qrib ir-rahal.

Had Dingli jiddomina l-qcacet ta’ l-irdumijiet Zonqrija tan-Nofsinhar ta’ Malta. Rahal li kemm il-Maltin kif ukoll il-barranin jitghaxxqu bil-gmiel naturali li joffri, rahal li minn dejjem kien mghammar minn nies hawtiela ghall-biedja.

L-ewwel kappella dokumentata f’Had Dingli kient dik ewlenija ta’ Santa Marija fl-1539, sakem il-perit Francesco Sammut tqabbad ihejji l-pjanta ghat-tempju l-gdid li tlesta fl-1903. Il-perit Guzè D’amato kabbar il-knisja parrokkjali b’sitt kappelli godda u b’portiku majestuz, progett li dam sejjer sa l-1975 meta kienet inawgurata l-koppla l-gdida.


     
MDINA
   

 

TOTAL POPULATION
332

VOTING POPULATION
246

PERCENTAGE
74%

 

Civitas Melita, kif jirreferu ghaliha fost l-ohrajn il-persunaggi storici Cicerun u Ptolemy, hija l-aktar belt qadima ta’ Malta li ghal hafna snin kienet il-kapitali. Isimha gej mill-gharbi – al madina (il-belt principali). Fl-1427 ir-Re Alfonso V ta’ Spanja ta t-titlu ta’ Città Notabile lill-Imdina.

L-Gharab kienu qassru l-belt biex ikunu jistghu jiddefenduha ahjar u fiha bnew id-djar u l-kwartieri ewlenin ta’ l-Emiri, tal-Mufti u tal-Kadi. L-Imdina baqghet il-Belt Kapitali taht in-Normanni, is-Swabjani, l-Angevini u l-Aragonizi sa l-ewwel snin tal-Kavallieri ta’ San Gwann.

Il-Belt ta’ l-Imdina hi maghrufa wkoll bhala l-belt Grego-Romana. Kitba li nstabet fl-Imdina stess tixhed li f’din il-Belt kien hemm tempju ta’ alla Apollo, imiss mat-teatru Grieg, li ma kienx jonqos f’Belt Griega.

L-Arcisqof ta’ Malta ghandu l-Palazz u l-katidral fl-Imdina u f’din il-Belt hemm ukoll ghadd ta’ knejjes u kappelli bhal dawk ta’ Sant’Agata, is-Salvatur, San Nikola, Santu Rokku, u l-Vitorja. Il-Patrijiet Karmelitani ghandhom knisja ddedikata lil Madonna tal-Karmnu, filwaqt li s-Sorijiet Benedittini tal-klawsura ghandhom monasteru u knisja ddedikati lil San Pietru u s-sorijiet tad-Dorotej ghandhom kunvent u skola fl-Imdina. Fl-Imdina hemm ukoll ghadd ta’ palazzi eleganti bhal dak ta’ Vilhena, il-Banca Giuratale u l-Corte Capitanale.



     
SIGGIEWI
   

 

TOTAL POPULATION
8,101

VOTING POPULATION
5,675

PERCENTAGE
70%

 

Ir-rahal tas-Siggiewi jinsab madwar hames mili boghod mill-Bet Valletta u qieghed mibni f’nizla helwa thares lejn in-nofsinhar. Dan hu wiehed mill-eqdem irhula ta’ Malta u ghal bosta drabi kien invadut minn qtajjet ta’ Musulmani li kienu jitilghu minn xtajtiet fil-qrib.

Ma’ dan ir-rahal insibu migbura tliet irhula qodma hafna li huma Hal Kbir, Hal Xluq u Hal Qdieri. Kien hemm ukoll rahal iehor imsejjah Hal Niklusi billi l-Knisja ewlenija tieghu kienet iddedikata lil San Nikola. Il-Knisja ta’ San Nikola saret parrocca fl-1436.

Is-Siggiewi sar it-tieni belt li nghata it-titlu ta’ citta mill-Gran Mastru Hompesch li semma r-rahal ghal ismu – Città Ferdinand.

     
ZEBBUG
   

 

TOTAL POPULATION
11,433

VOTING POPULATION
8,231

PERCENTAGE
72%

 

Haz Zebbug, wiehed mill-eqdem irhula f’Malta gej mit-tlett irhula zghar ta’ Hal Dwini, Hal Muxi u Hal Mula. Ismu gej mis-sigar taz-Zebbug. Haz Zebbug ilu parrocca minn qabel l-1436 u l-Knisja hija ddedikata lil San Filep ta’ Aggira.

Il-Gran Mastru Franciz Emanuel de Rohan ta l-istemma tieghu lil Haz Zebbug meta taha t-titlu ta’ Belt fil-21 ta’ Gunju 1777. Wara t-titlu li nghataw ta’ Belt, iz-Zebbugin zammew it-tradizzjoni ta’ kull min jinghata dan it-titlu u bnew ark trijonfali biex jibqa’ mfakkar il-Gran Mastru de Rohan.

L-istorja ta’ dan ir-rahal hi kbira daqskemm hu kbir il-patrijottizmu taz-Zebbugin. Fost il-persunaggi li hallew isimhom fl-istorja ta’ dan il-poplu u li kollha huma Zebbugin insemmu lill-poeta nazzjonali Dun Karm Psaila, l-eroj Malti Dun Mikiel Xerri u missier l-ilsien Malti Mikiel Anton Vassalli.

     


   

 
Copyright (C) 2003-4 Dr. Tonio Borg LL.D., M.P. - All rights reserved.