Dan hu t-tieni minn tlett irħula li jinsab qrib Birkirkara. Ismu oriġina jew minn wiċċ tar-raba, jew minn magħlef li kienu jikbru fdan il-post, jew inkella minn kelma li mgħadhiex tintuża ta wieħed li jiġbor it-taxxi jew post fejn tinġabar it-taxxa. Ir-raħal jissemma fil-lista tal-Milizija ta l-1419 u sar Parroċċa fl-1655. Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata nbniet bejn l-1669 u l-1695.